Internazzjonali

Żewġ tħeżżiżiet f’Messina f’Sqallija

Kien hemm żewġ tħeżżiżiet ta’ terremot fl-inħawi tal-kosta Messina f’Sqallija. Wieħed kellu l-qawwa ta’ 2.9 u l-ieħor ta’ 3.1 u seħħew fis-siegħat bikrin tal-lum – 2.42 u 4.57 am.
Skont l-Istituto nazionale di geofisica e vulcanologia (Ingv), dawn seħħew fi fond ta’ 5.3 u 6.8 kilometru taħt l-art. Ma kienet rappurtat ebda ħsara.
It-Tlieta, fil-11.28 pm, kien hemm terrmeot fl-istess zona li kellu l-qawwa ta’ 2.4 imma l-epiċentru kien aktar minn għaxar kilometri mill-kosta.