Nicholas Rasmussen, id-direttur tan-National Counterterrorism Center f’Washington, wissa li n-numru ta’ ġellieda barranin li qed jivvjaġġaw lejn is-Sirja biex jissieħbu mal-ISIS mhux qed jonqos, anzi, qed jiżdied.
Dan kien żvelat hekk kif l-Erbgħa beda smigħ fil-Homeland Security Committe tal-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikan dwar l-ISIS. Rasmussen, quddiem il-kumitat qal li hu stmat li hemm 20,000 ġellied minn 90 pajjiż li marru biex jiġġieldu mal-ISIS. Minn dik iċ-ċifra, Rasmussen qal li madwar 3,400 ġejjin minn pajjiżi tal-Punent fosthom 150 mill-Istati Uniti.
Intqal ukoll li waħda mill-akbar armi li għandha l-ISIS hi kif tuża l-internet, b’mod partikulari s-siti soċjali.
Aktar barranin qed jissieħbu mal-ISIS
