Raġel mgħammad u armat wettaq serqa ta’ madwar €6,400 minn ħanut tal-logħob f’Bormla.
Il-każ seħħ ilbieraħ għal ħabta tal-11.00pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet serqa fi Triq Santa Tereża, Bormla.
Waqt is-serqa, fil-ħanut kien hemm ħaddiem ta’ 21 sena, residenti San Ġwann.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija qed iżżomm persuna b’rabta ma’ dan il-każ sabiex tgħinha fl-investigazzjoni.
//= $special ?>