Lokali

FILMAT : “Angie tinsab f’post aħjar, fejn qed tgawdi u ma jonqosha xejn”

Kien dan il-messaġġ ta’ Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, li mexxa’ l-aħħar tislima liż-żagħżugħa Angie Bajada, li mietet fl-eta’ 25 sena nhar it-Tnejn li għadda.

Angie, ħames snin ilu kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-mutur u kawża ta’ dan, spiċċat fi stat veġetattiv. Dak iż-żmien hi kellha għoxrin sena, u tifla ta’ sentejn.

Fr. Martin kellu messaġġ speċjali għall-familja ta’ Angie, b’mod speċjali il-ġenituri tagħha li fissirhom bħala xempju tal-imħabba għaliex taw eżempju kif ma ħasbu xejn ħlief f’binthom. Faħħarhom għall-kuraġġ u s-saħħa li wrew, fejn qatt ma telqu lil binthom waħidha matul dawn is-snin.

Kompla li hu normali li fi traġedja bħal din, il-ġenituri ma jsibux kliem. Fakkar kif saħansitra l-Papa Franġisku baqa’ bla kliem meta waqt iż-żjara fil-Filippini, ftakar fit-tifun li ħasad il-ħajja ta’ eluf fil-pajjiż.

Madankollu kompla li l-Kelma t’Alla toffri faraġ, tant li fil-Bibbja hemm stedina lill-imnikkta biex jintelqu f’idejn Alla.

Ġesu jaf x’inhi t-tbagħtija tant li ssallab fuq għuda b’solidarjeta’,” temm jgħid Fr. Micallef.