Lokali

Filmat: Karozza tal-linja tieħu n-nar fil-Marsa, MPT tgħid li ma kienx hemm nirien iżda fwar

Qarrejja ta’ MaltaRightNow.com bagħtulna dawn ir-ritratt u l-filmat li juru karozza tal-linja taqbad qrib it-traffic lights tal-Marsa. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

Mhux magħruf x’wassal għal dan il-ħruq li żviluppa waqt li l-karozza kienet wieqfa fuq it-traffic lights.

Tweġiba minn Malta Public Transport: Fi stqarrija bi tweġiba, il-kumpanija qalet li l-karozza tal-linja ma kelliex nirien iżda fwar ħiereġ mill-makna minħabba ilma li nixxa lejn il-makna.

Filwaqt li talbet apoloġija għal kull inkonvenjent, Malta Public Transport qalet li Inġinier tal-kumpanija mar fil-post biex jara li ttieħdu l-proċeduri kollha tas-sigurtà qabel ma l-karozza tal-linja ħalliet il-post.