Tellieqa bil-karozzi bejn il-pulizija u raġel suspettat b’konnessjoni ma’ allegat każ ta’ serq kellha tmiem drammatika f’North Dallas, fl-Istati Uniti.
Il-Pulizija wieġbu għas-sejħa wara ‘attentat ta’ serq’ qrib Haskell Avenue u ġrew wara l-karozza tas-suspettat tul diversi toroq residenzjali waqt li għaddew ukoll miz-zoni riservati għall-parkeġġ u tul l-‘Interstate 635’. Is-suspettat, imbagħad, ipprova jgħaddi bejn żewġ vetturi — waħda minnhom minivan — li kienu weqfin quddiem ‘red light’ f’salib it-toroq, iżda, minflok, baqa’ dieħel dritt għal ġo fihom.
Ix-xufier u l-passiġġier tal-minivan ħarġu u avviċinaw il-karozza tar-raġel suspettat fejn spiċċaw ‘irażżnuh’ sakemm il-pulizija waslet fuq il-post u arrestatu minnufih.
//= $special ?>