Illum ingħata bidu għall-jiem tar-Renju tal-Bluha, li jibqgħu għaddejjin sat-Tlieta li ġej.
Fil-ftuħ tal-attivitajiet, inqara l-Bandu fil-Pjazza Teatru Rjal. Għal din l-attività attenda l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Arti u l-Kultura Joe Cassar. Għal din l-attività m’attendiex la l-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici u lanqas l-ebda rappreżentant ieħor min-naħa tal-Gvern.
Sadanittant, fis-sigħat ta’ qabel, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni żar numru ta’ postijiet fejn f’dawn ix-xhur kienu qed jinbnew il-karrijiet.