Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 12 ta’ Frar.
IN-NAZZJON bi storja dwar il-kontroversja tal-monti, fejn naqraw illi l-Perit Renzo Piano ilmenta dwar iċ-ċaqlieq tal-monti lejn id-daħla tal-Belt, u appella biex il-proġett jitlesta skont il-pjan oriġinali. Fi storja oħra naraw kif ilbieraħ il-Kap tal-PN Simon Busuttil sostna li ħadd m’għandu jistenna protezzjoni mill-PN jekk ikun involut f’każ ta’ korruzzjoni.
THE TIMES OF MALTA tieħu l-kummenti ta’ Joe Debono Grech dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali – id-deputat anzjan tal-Partit Laburista jgħid li mhux interessat f’dak li qalet il-Qorti, li permezz tagħha il-PN se jkunu qed jiżdiedulu żewġ siġġijiet fil-Parlament.
THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta l-każ tat-300 immigrant li mietu ‘l barra minn Lampedusa. Tikkummenta ukoll dwar dak li qal Simon Busuttil ilbieraħ, fejn uża kliem ċar u sod rigward l-iskandlu tax-xiri taż-żejt.
L-ORIZZONT jippubblika storja dwar abbuż tal-poter fil-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex.
//= $special ?>