Internazzjonali Kurżitajiet

Jirbħu 564.1 miljun dollaru f’lotterija

Huma biljetti li nbiegħu f’Texas, Puerto Rico u North Carolina li rebħu l-premju ta’ 564.1 miljun dollaru fil-lotterija magħrufa bħala l-Powerball.
In-numri rebbieħa kienu 11-13-25-39-54 u imbagħad hemm dak magħruf bħala il-Powerball Red Number li kien 19. Il-lotterija hi simili għas-Super 5 f’Malta.
Biex jirbaħ, wieħed irid jaqta’ ħames numri u l-Powerball number – l-odds li wieħed jirbaħ huma ta’ wieħed minn 175 miljun.
Kull biljett jiswa żewġ dollari.