Lokali

NEWSDESK: Iċ-ċaqliq tas-suq tal-monti fil-Belt

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar iċ-ċaqliq tas-suq tal-monti fil-Belt għal ħdejn il-Parlament il-ġdid. Il-mistiedna se jkunu l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Arti u l-Kultura, id-deputat Joe Cassar, is-Sindku tal-Belt Valletta, Alexiei Dingli, u l-Professur Vicki Ann Cremona.

Din hija kontroversja bla bżonn? Il-monti fejn għandu jitpoġġa? X’wiegħed Joseph Muscat lill-bejjiegħa tal-monti qabel l-elezzjoni ġenerali?

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.