Ex-ħaddiem tal-Korporazzjoni tal-Impieg u Taħriġ (ETC) ippreżenta protest fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-istess Korporazzjoni wara li qed jallega li din kisritlu l-privatezza tiegħu skond l-att dwar il-protezzjoni tad-data.
David Bajada residenti Birkirkara qal li fil-bidu tal-impieg tiegħu fi ħdan il-Korporazzjoni kien intalab mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani biex jimla’ formola ta’ applikazzjoni li biha jkun jista’ jingħata polza tal-assikirazzjoni tas-saħħa.
Huwa kien informat li tali formola ta’ applikazzjoni kellha tgħaddi mingħand id-Dipartimenttar-Riżorsi Umani għal għand is-soċjeta’ Middle Sea Insurance p.l.c. li sussegwentement toħroġ il-polza ta’ assikuazzjoni għall-impjegat tal-ETC.
Qal li kien ġie assigurat li tali formola kienet tikkonsisti minn informazzjonio li hija privata u dan permezz ta’ envelope issiġġillat li kellu jinfetaħ biss mis-soċjeta’ assigurattiva biss, bħala assikuratur tal-polza tas-saħħa.
Bajada qal li kien anke ġie ppruvat mill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, fis-sentenza tal-25 ta’ Settembru li għadda, huwa qatt ma kien infurmat rigward l-ipproċessar u l-aċċess għall-kontenut ta’ din il-formula ta’ applikazzjoni minn impjegati tal-ETC. F’dan ir-rigward, David Bajada, fl-ebda punt ma ta l-kunsens tiegħu sabiex it-tali formula tiġi miftuħa minn xi ħadd ieħor apparti mis-soċjeta’ assikuratriċi.
Huwa qal li wara li bagħat il-formula lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, kien ġie mgħarraf minn ċertu Maria Bartolo Galea, impjegata tal-ETC, li kienet konxja mill-fatt li partijiet mill-formola mibgħuta kienu ġew ingassati, u sa anke għamlitlu riferenza għal kundizzjoni li allegatament hu seta’ kien ibati minnha fil-passat.
Bajada qal li Maria Bartolo Galea għamlet pressjoni fuqu fuqu biex itiha aktar informazzjoni rigward l-allegata kundizzjoni medika li semmitlu fl-istess diskursata u sa waslet biex semmietl;u l-“probation period” li kien diretta u intiża bħala intimidazzjoni.
Apparti minn hekk huwa kien sfurzat li jagħti l-kunsens tiegħu biex it-tabib personali tiegħu jiddiskuti s-saħħa medika mat-tabib tal-ETC u dan biex jiġi aċċertat li ma kellu xejn li jista’ ta’ detriment għall-impjegati l-oħra tal-istess Korporazzjoni. Tenna li din il-pressjoni kollha, intimidazzjoni u sensiela ta’ emails wasslet biex huwa kellu jfittex għajnuna medika, li dan wassal ukoll għal ġranet ta’ “sick leave” mhux imħallas.
Huwa qal li dan juri biċ-ċar li xi mpjegati tal-ETC kellhom aċċess għall-informazzjoni li hija meqjusa bħala sensittiva u li għalhekk kien hemm ksur tal-liġi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u dan wara li saret pressjoni żejda. L-Avukat Abigail Critien iffirmat il-protest.
//= $special ?>