L-Ispettur tal-Pulizija Jason Francis Sultana, li dwaru nfetħet sfida fil-Qorti mill-avukat Lynn Zahra fejn din qed tallega li huwa għadda recording lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li ppubblikatu fil-blog tagħha, qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet u tenna li dak li qed jingħad fil-konfront tiegħu huwa bla bażi.
F’dikjarazzjoni ffirmata mill-avukat tiegħu Andrew Borg Cardona, l-Ispettur Sultana qal li għandu dikjarazzjoni ffirmata minn Daphne Caruana Galizia li lesta tiddikjara fil-Qorti li dak li ppubblikat dwar Dr Lynn Zahra ma ġiex mgħoddi lilha mill-Ispettur Sultana.
L-Ispettur Sultana qal ukoll li hemm kawża miftuħa ta’ defamazzjoni fil-konfront tal-avukat Zahra u jekk ma jibdewx proċedimenti dwarha, se jiftaħ sfida hu fil-konfront tagħha.
Dan dwar allegat insulti u allegazzjonijiet foloz min-naħa tal-avukat fil-konfront tal-Ispettur, hemm ukoll każ quddiem il-Kumitat tal-Avukati fi ħdan il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li għadu ma bediex jinstema peress li l-avukat kienet indisposta.
Spettur jiċħad li huwa għadda xi “recording” lil Daphne Caruana Galizia
