Ewropa Internazzjonali

Tama ta’ paċi għall-Ukrajna

Wara laqgħa li bdiet l-Erbgħa u damet 17-il siegħa, l-ewwel indikazzjonijiet minn Minsk, il-kapitali tal-Belarus, huma li hemm xi forma ta’ ftehim għall-paċi fl-Ukrajna.
Għal-laqgħa qed jattendu l-President Russu Vladimir Putin, dak tal-Ukrajna Petro Poroshenko, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-Presdient ta’ Franza Francois Hollande.
Il-ftehim jitlob li minn nhar il-Hadd 15 ta’ Frar, fost l-affarijiet jidħol fis-seħħ waqfien mill-ġlied.
Iżda l-Ġermanja wissiet li dan ma kienx ftehim aħħari imma biss wieħed temporanju u kien fadal ħafna xogħol x’isir.