Lokali

Denfil mejjet fil-Qawra

editor@maltarightnow.com

Il-MEPA fi stqarrija kkonfermat l-istorja ta’ maltarightnow.com li aktar kmieni illum instab denfil mejjet f’inħawi ta’ Fra Ben il-Qawra. Fl-itqarrija qalet li għadu mhux magħruf għaliex miet dan id-denfil.

Id-denfil x’aktar li miet il-barra mill-kosta u ddaħħal max-xatt tal-Qawra bil-kurrent tal-baħar.

Inċidentalment iż-żona fejn instab id-denfil hija qrib ħafna tal-aquarium nazzjonali

Mmedjatament fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll rapreżentanti tal-animal welfare.

Fi stqarrija l-MEPA rringrazzjat lill-Pulizija tal-Qawra, n-Nature Trust, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, id-Dipartiment tat-Tindif u d-Diviżjoni Veterinarja.