Il-GRTU permezz ta’ stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, ikkritikat lill-gvern talli għaddiet sena oħra u għadu ma ħax deċiżjoni dwar dawk il-bejjiegħa li fil-perjodu li jwassal għall-festa ta’ San Valentinu jkunu mifruxin fit-toroq ibiegħu prodotti relatati mal-jum iddedikat għall-imħabba, l-14 ta’ Frar.
Fl-istqarrija l-GRTU spjegat kif minn sena għall-oħra dawn ikomplu jiżdiedu b’uħud minnhom spiċċaw armaw kważi ħanut jew tined f’żoni strateġiċi fit-toroq bħal fejn Knejjes, fi pjazez, viċin toroq arterjali u anke viċin roundabouts.
Il-GRTU sostniet wkoll li fl-aħħar xhur kienet qed tistenna li l-Awtoritajiet jieħdu xi tip ta’ azzjoni fil-konfront ta’ dawk li mingħajr permess qed ibigħu prodotti fit-toroq iżda jidher li l-Awtoritajiet inqabdu f’burokrazija u inċertezza fejn jidħlu regolamenti biex jittieħdu l-passi meħtieġa kompliet tispjega fl-istqarrija l-GRTU
//= $special ?>