Ħarsa lejn il-gazzetti ppublikati llum il-Ġimgħa, 13 ta’ Frar.
IN-NAZZJON b’ritratt li juri l-gabbana li tpoġġiet ilbieraħ qrib il-monument ta’ La Vallette fil-Belt. Naqraw ukoll illi l-Gvern għolla it-tariffi ta’ aktar minn 400 servizz.
Il-gabbana kontroversjali fi Pjazza De Vallette tiddomina wkoll il-faċċata ta’ THE TIMES OF MALTA.
L-ORIZZONT bi storja dwar laqgħa tal-Kummissjoni Elettorali illi fiha ma tteħditx deċiżjoni jekk il-Kummissjoni għandiex tappella jew le mis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li tat żewġ siġġijiet lill-PN.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid li saru passi pożittivi waqt is-summit tal-UE fi Brussell, li qed jiffoka fuq is-sitwazzjoni ekonomika fil-Greċja u l-futur politiku ta’ dan il-pajjiż.
//= $special ?>