Hemm tħassib li l-belt ta’ Sirte tul il-kosta mal-Mediterran minn ħin għal ieħor tista’ taqa’ f’idejn il-grupp militanti Iżlamiku tal-ISIS.
Rapporti qalu li ġellieda tal-ISIS irnexxielhom jieħdu l-kontroll tal-istazzjon tar-radju f’Sirte, li kien parti mis-sistema tax-xandir nazzjonali Libjan. Issa l-istazzjon qed ixandar versi mill-Koran u siltiet mid-diskorsi ta’ Abu Bakr al-Baghdadi, il-Kap tal-ISIS, kif ukoll ta’ Abu Mohammed al-Adnani, il-kelliem tal-grupp.
Sorsi mill-belt qalu li l-grupp issa stabbilixxa wkoll bażi fiċ-ċentru tal-belt u hemm tħassib li minn ħin għal ieħor iħabbar li din il-belt Libjana wkoll issa tifforma parti mit-territorju kkontrollat mill-ISIS.
Iżda ntqal li s-sitwazzjoni f’Sirte hi kumplikata peress li hemm preżenti gruppi oħra ta’ militanti Iżlamiċi.
Sirte titqies bħala fortizza tal-Ansar al-Sharia, grupp militanti Iżlamiku li hu meqjus bħala grupp terroristiku mill-Istati Uniti u n-Nazzjonijiet Uniti.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>