Il-Partit Nazzjonalista esprima ottimiżmu b’kawtela wara l-ftehim li ntlaħaq f’Minsk bejn ir-Russja, l-Ukraina, Franza u l-Ġermanja dwar il-waqfien mill-ġlied fl-Ukraina li jidħol fis-seħħ mill-Ħadd li ġej.
Ix-Shadow Minister tal-PN għall-Affarijiet Barranin, Roberta Metsola, laqgħet l-aħbar imma spjegat li l-waqfien mill-ġlied hu biss l-ewwel pass għal paċi fit-tul fir-reġjun. Saħqet li kien kruċjali li l-pajjiżi waslu għal ftehim imma issa jrid jibda x-xogħol biex il-wegħdiet jinbidlu f’azzjoni.
Il-Kelliem tal-PN għall-Affarijiet Barranin Tonio Fenech qal li din hi opportunità reali li m’għandhiex tintilef. Spjega li l-PN hu ottimist b’kawtela li l-ftehim se jwassal għal progress reali u li se jipprovdi l-bażi biex il-partijiet kollha jaslu għal ftehim dwar it-temi l-oħra l-iktar diffiċli li fadlilhom jaqblu dwarhom.
//= $special ?>