Lokali

Is-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija ‘out of order’

Diversi Għases bħalissa jinsabu mingħajr sistema kompjuterizzata minħabba problemi tekniċi li hemm fis-sistema tal-IT tal-Gvern.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li s-sistema waqfet taħdem ftit wara s-6pm u għalhekk, il-Pulizija fl-Għases milquta mhux qed ikunu jistgħu jużaw is-sistema li biha jagħmlu rapporti ġodda jew jaġġornaw oħrajn li jkunu diġà maħduma.