‘Short circuit’ f’diversi kompjuters li hemm fl-iskola primarja l-kbira ta’ Dun Ġorg Preca l-Ħamrun waslet biex it-tfal kollha tal-iskola ġew evakwati fil-bitħa.
Jirriżulta li f’ħin minnhom seħħet splużjoni f’wieħed mil-laboratorji tal-iskola.
Fortunatment it-tfal qatt ma kienu fl-ebda periklu.
Fuq il-post waslu Pulizija kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
//= $special ?>