Lokali Parlament

Karozza fil-Ministeru t’Għawdex tinxtara b’direct order

It-tweġibiet tal-Oppożizzjoni jibqgħu injorati mill-Gvern

Karozza tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex inxtrat b’direct order.

Dwar din id-deċiżjoni tal-Ministeru għal Għawdex li karozza tal-Ministeru tinxtara b’direct order, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ma weġibx diversi mistoqsijiet li saru fil-Parlament mix-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said.

F’mistoqsija parlamentari, ix-Shadow Minister staqsa kemm swiet din il-karozza; x’inhi l-marka ta’ din il-karozza li nxtrat għas-Segretarju Permanenti; u x’ġara mill-karozza li kien juża s-Segretarju Permanenti preċedenti.

Il-Ministru Anton Refalo wieġeb f’sentenza waħda u mingħajr ma ta l-informazzjoni mitluba mingħajr ebda riferenza għal xi mistoqsija li għamel ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni.

Il-Ministru Refalo wieġeb biss li l-karozza nxtrat skont ir-regolamenti ta’ procurement tal-gvern – bit-tweġibiet jibqgħu mhux imwieġba u injorati mill-Gvern.