Tħabbret il-mewt ta’ Steve Strange, kaġun ta’ attakk tal-qalb. Strange kien il-kantant tal-grupp Visage li fis-snin tmenin kien kiseb suċċess kbir bil-kanżunetta ‘Fade to Grey’.
Strange, li ismu proprju kien Steven John Harrington, kellu 55 sena u miet f’Sharm el-Sheikh, l-Eġittu.
Ħafna ikoni tax-xena tal-mużika tas-snin tmenin, minn Billy Idol għal Simon Le Bon tad-Duran Duran esprimew is-sogħba kbira tagħhom għall-mewt ta’ Strange. Spandau Ballet iddedikaw il-wirja tagħhom ta’ nhar il-Ħamis f’Sanremo, l-Italja, għal Strange hekk kif semgħu bil-mewt tiegħu.
Fl-1981, il-kanzunetta tal-Visage ‘Fade to Grey’ kienet telgħet sat-tmien post tal-klassifika Ingliża u fl-ewwel post fil-Ġermanja u l-Iżvizzera. Hu kien jieħu ħsieb ukoll il-Blitz Clib f’Londra fejn bdew it-triq tas-suċċess gruppi bħad-Duran Duran u l-kantant Boy George.
Miet Steve Strange tal-Visage
