Lokali

Pawlu Curmi l-Pampalun se jitlef il-karnival għall-ewwel darba

Sfortunatament Pawlu Curmi l-Pampalun mhux se jkun preżenti għall-Karnival ta’ din is-sena minħabba li ma’ jiflaħx.

Pawlu Curmi magħruf mal-Maltin bħala Pawlu l-Pampalun u m’oħrajn bħala r-Re tal-Kanival Malti għandu 84 sena u ilu ‘jgħix’ għall-Karnival għall-dawn l-aħħar 66 sena.

Pawlu l-Pampalun laħaq għallem il-korjografiji taż-żfin tal-Karnival ta’ din is-sena liż-żeffiena kollha, għaldaqstant hu se jkun qed isegwihom mid-dar.