Lokali

Raġel ieħor misjub mejjet fl-appartament fejn joqgħod

Arkivji

Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija ssejħet wara li sid ta’ appartament irrapporta li kien ilu għal diversi jiem ma jara lir-raġel li joqgħod fl-appartament tiegħu. Hemm, il-Pulizija sabu lir-raġel mal-art u wara li waslet Ambulanza ġie stabbilit li r-raġel hu mejjet.

Il-katavru tar-raġel ittieħed mill-post minn Hearse tal-Pulizija, fejn fis-sigħat ta’ wara kellha ssirlu l-awtopsja biex ikun stabbilit x’wassal għall-mewta tar-raġel.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Gabriella Vella, li fetħet inkjesta assistita minn numru ta’ esperti. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.