Lokali

Raġel jinstab mejjet f’daru

Minn tagħrif li għandna jirriżulta li  għall-ħabta tas-06.15 ta’ dalgħodu, l-Pulizija ġew infurmati li fi Triq il-Karmnu, iż-Żurrieq kien hemm persuna mejta. Kif il-Pulizija marru fuq il-post, sabu raġel mitluq mal-art fil-kċina tad-dar tiegħu.

Fuq il-post kien hemm in-neputija tal-vittma li qalet li għall-ħabta tal-05.30, hija semgħet ħoss waqt li kienet fis-sular ta’ fuq. Ftit tal-mumenti wara dan, hi ndunat b’dak li kien ġara u ċemplet għall-assistenza.

Fid-dar ma nstab l-ebda sgass u l-kadavru tar-raġel ma kellu l-ebda sinjali ta’ vjolenza.

Il-Maġistrat tal-għassa Dr. Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejin.