Futbol Sport

Roderick Briffa sospiż loghba

L-internazzjonali Malti ta’ 33 sena ta’ Valletta Roderick Briffa ngħata sospensjoni ta’ logħba mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA.

Dan wara li r-referee Esther Azzopardi waqt il-partita’ kontra Birkirkara wissietu għal mossa oxxena.

MaltaRightNow hu nfurmat li fid-difiża tagħhom, Valletta u Roderick Briffa qalu li l-mossa li għamel Briffa waqt il-partita ma kinitx intenzjonata għar-referee Esther Azzopardi iżda hi ċajta ta’ bejn il-plejers Beltin li jagħmluha lil xulxin waqt it-taħriġ u l-partiti.