Wara l-kontroversja li qamet ilbieraħ dwar il-gabbana tal-‘Hot Dogs’ maġenb La Vallette, issa flok gabbana waħda intramaw erba’ gabbani, imma flok fin-nofs, mal-ġenb tal-Pjazza. Jidher li l-gabbani ntramaw biss għall-Karnival.
Ilbieraħ diversi persuni ġibdulna l-attenzjoni jesprimu l-għadab tagħhom għal gabbana tal-ikel li ntramat f’nofs Pjazza de Vallette, prattikament biswit l-istatwa tal-Gran Mastru li ta ismu lill-Belt Kapitali ta’ pajjiżna.
Jidher li l-Kunsill Malti għall-Arti ħareġ il-permessi biex gabbani jarmaw fi Pjazza de Vallette tul il-ġranet tal-Karnival u meta crew ta’ Net Television mar fuq il-post, is-sid tal-gabbana qalet li għandha l-permessi meħtieġa biex il-gabbana tarma fil-pjazza, imma minkejja l-permessi, l-gabbana lbieraħ filgħaxija tneħħiet mill-Pjazza de Vallette .
//= $special ?>