Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, permezz tal-avukat tiegħu Alex Perici-Calascione, fetaħ kawża ta’ libell fil-Qorti kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat wara allegazzjonijiet ta’ sehem tiegħu f’dikjarazzjoni falza minn ħaddiema tal-Gvern.
Toni Bezzina qed jinsisti li kliem il-Prim Ministru nhar il-Ħadd fl-attività politika fiż-Żurrieq, kien malafamanti.
Akkuża lill-Prim Ministru b’dikjarazzjonijiet foloz li qalhom b’mod li attribwielu fatti bl-iskop li joffendilu l-unur, ir-reputazzjoni u l-fama tiegħu u li jesponuh għar-ridikolu u għad-disprezz pubbliku.
Għalhekk qed iħarrek lill-Prim Ministru għad-danni.
//= $special ?>