Il-qorti mmultat €2,000 lil żewġt irġiel wara inċident li kawża tiegħu raġel baqa’ pparalizzat. L-inċident seħħ f’April tal-2011.
Fis-sentenza tagħha, il-qorti qalet li l-fork lifter, kien qed iġorr tagħbija li ma kinitx marbuta sew. It-tagħbija għelbet bil-konsegwenza li waqgħet fuq klijent. Konsegwenza ta’ dan ir-raġel baqa’ b’saqajh ipparalizzati.
Il-Qort sostniet li min jopera l-fork lifter għandu jieħu t-taħriġ adattat biex ikun jista’ jopera dan il-makkinarju bla periklu. Kif ukoll li t-tagħbija għandha dejjem tkun marbuta b’mod adekwat.
//= $special ?>