Lokali Qorti

Anzjan mir-Renju Unit jintbagħat il-ħabs fuq pussess ta’ pornografija ta’ minuri

Alan Teasdale, anzjan ta’ 62 sena mir-Renju Unit imma residenti n-Naxxar, intbagħat 18-il xahar ħabs wara li fil-pussess tiegħu nstabu filmati u ritratti pornografiċi li jinvolvu lit-tfal.

Teasdale ġie arrestat il-Ġimgħa mir-residenza tiegħu wara investigazzjoni immedjata mill-Vice Squad fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Hu tressaq il-Qorti għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil.