Il-President tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Kosnervazzjonisti, Joe Perici Calascione, tenna għal darb’oħra li l-FKNK għadha ma ħaditx pożizzjoni dwar ir-referendum tal-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Dan waqt attivita’ ta’ tindif u restawr li l-membri tal-FKNK għamlu fil-Miżieb; art pubblika mgħoddija mill-Gvernijiet matul is-snin lill-istess għaqda, bil-patt u l-kundizzjoni li tkun mantnuta.
Romina Cuschieri, kaċċatur u membru tal-FKNK qalet li kif Gvern wara l-ieħor ta l-art tal-Miżieb, mifruxa fuq 200 tomna art, esklussivament lill-membri tal-FKNK.
Kompliet li matul dawn is-snin, il-kaċċaturi bidlu l-Miżieb minn art mitluqa u żdingata għal post nadif, sigur, b’ammont sostanzjali ta’ siġar li tħawwlu mill-kaċċaturi.
Fi stqarrija b’reazzjoni, kelliema għall-kampanja SHOUT qalu li f’dawn is-snin, il-Kaċċaturi qatt ma wrew dokument formali li bih ingħataw ir-responsabbilta’ tal-art fil-Miżieb mill-Gvern.
Fakkru li għaqdiet ambjentali bhal BirdLife Malta, Gaia, Nature Trust għandhom ftehim legali b’obbligi partikolari għall-art li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tagħhom.
//= $special ?>