Lokali

Għada fil-mument

Il-gazzetta il-mument għada se tiżvela fi storja investigattiva permess li ħareġ mill-MEPA u li jikkonċerna membru tal-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat u li qiegħed iħasseb numru ta’ bdiewa.

L-istorja li ħadem fuqha l-ġurnalist Joe Mikallef tinkludi wkoll sensiela ta’ ritratti li juru li diġa’ beda xogħol ta’ tħejjija biex titwaqqa’ binja antika f’ambjent rurali, biex minflok jinbnew żewġ blokkok imdaqqsa.

Il-gazzetta il-mument fi storja oħra se tiżvela fejn jinsabu l-flus, li jammontaw f’miljuni kbar ta’ dollari, u li kienu ta’ wieħed mit-tfal tal-eks Dittatur Libjan Muammar Gaddafi. Wara dawn il-flus hemm persuna li huwa qrib ħafna tal-Partit Laburista. L-istorja investigattiva ta’ Joe Mikallef tiżvela dettalji ta’ kif dawn il-flus kienu ġew trasferiti lejn Malta.