Il-poplu tal-Libanu fakkar il-memorja tal-eks-Prim Ministru Lebaniż, Rafik Hariri, fl-għaxar anniversarju tal-qtil tiegħu minn karozza-bomba fil-kapitali Bejrut u fejn miegħu, dakinhar, kienu mietu 21 persuna oħra.
Il-qtil kien qanqal protesti kbar kontra s-Sirja, li, eventwalment, irtirat it-truppi tagħha mil-Libanu. Il-moviment Hezbollah tax-Xiti Iżlamiċi Libaniżi, sadanittant, kien ċaħad għal kull sehem b’konnessjoni mal-attakk inkwistjoni. Intant, fl-aħħar sigħat saru numru ta’ rallies u avvenimenti li fakkru s-sinifikat ta’ Hariri għal-Lebaniżi.
//= $special ?>