Il-Gvern ta’ Joseph Muscat dam 24 siegħa wara li tkellmet l-Oppożizzjoni biex jikkonferma li qed jikser il-liġi b’xogħol illegali fil-Mosta.
Il-Ministru Evarist Bartolo fl-istqarrija tiegħu kkonferma li x-xogħol huwa wieħed illegali u bla permess.
Minkejja din l-ammissjoni, l-Prim Ministru xorta waħda jibqa’ rieqed quddiem każ li ġie njorat kompletament mid-Direttorat tal-Infurzar tal-MEPA – direttorat li jaqa’ direttament taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess.
Malli semmgħet leħinha l-Oppożizzjoni, l-Gvern kellu jirreaġixxi. Il-Gvern issa qed jgħid li se jġib il-permess għal dan ix-xogħol biss għax tkellmet l-Oppożizzjoni.
Dan hu eżempju konkret ieħor ta’ kemm mill-Oppożizzjoni, l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jagħmel differenza.
//= $special ?>