Internazzjonali

Il-Papa jaħtar il-Kardinali ġodda

Il-Papa Franġisku ħatar 20 kardinali ġodda biex b’hekk kiber l-ammont ta’ uffiċjali għolja tal-Knisja li ġejjin mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li, fost oħrajn, se jkunu nkarigati bl-għażla tas-suċċessur tal-Papa.

Ħmistax minn dawn il-Kardinali — li fost oħrajn ġejjin minn pajjiżi bħal Myanmar, Tonga u l-Etjopja — huma taħt it-tmenin sena u dan ifisser li huma eliġibbli biex jivvutaw għall-Papa li jmiss.

Għall-ewwel darba, l-entita tal-Vatikan li teleġġi l-Kap tal-Knisja tinkludi aktar Kardinali li m’humiex ġejjin mill-Ewropa. Dan meta l-Papa Franġisku jrid li l-funzjoni tal-Knisja Kattolika tkun riflessa fuq aspett globali.