Il-Pulizija Kanadiża ħadu azzjoni f’waqtha biex iwaqqfu grupp ta’ persuni ‘ossessjonati bil-mewt u l-qtil tan-nies’ li riedu jwettqu massakru ġo post pubbliku fil-Kanada.
Il-massakru kellu jsir fl-inħawi ta’ Halifax u bħala parti minn kumplott għal sparatura li ma kellha taħfirha lil ħadd. L-aggressuri inkwistjoni kienu qed jippjanaw li joqtlu lilhom infushom wara dan id-delitt iżda l-pjani tagħhom sfumaw, bil-pulizija tarresta tliet persuni. Intant, suspettat ieħor iddeċieda li jikkommetti suwiċidju minflok jispiċċa f’idejn l-awtoritajiet.
Madankollu, il-Pulizija qalet li l-arrestati — fosthom mara Amerikana — ma jidhrux li kienu qed jaħdmu fuq xi aġenda terroristika. L-awtoritajiet sostnew li l-arrestati huma individwi ffissati f’li jwettqu l-vjolenza fuq ħaddieħor u li kienu jikkollegaw ma xulxin fuq ċerti ‘chat rooms’ tal-Internet.
//= $special ?>