Lokali

Raġel arrestat dwar droga

F’investigazzjonijiet li għamlu l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga dwar traffikar ta’ droga kannabis ġewwa Għawdex, kmieni lbieraħ filgħodu saret tfittxija ġewwa residenza fix-Xagħra, Għawdex.

Minn fuq il-post ġie elevat ammont ta’ sustanza suspettat ħaxixa tal-kannabis, sustanza suspettata raża tal-kannabis u sustanza bajda suspettat kokaina. B’konnessjoni ma’ dan il-każ ġie arrestat raġel ta’ 53 sena residenti x-Xagħra Għawdex.

Ir-raġel ġie mressaq il-Qorti llum wara nofsinhar quddiem il-Magistrat tal-Għassa Dr J. Coppini LL.D. Hu ġie akkużat talli fil-pussess tiegħu kellu ħaxixa tal-kannabis, raża tal-kannabis u kokaina f’ċirkostanzi li juru li ma kienux għall-użu esklussiv tiegħu.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest preventiv.