Tifel ta’ madwar sitt snin sofra xi ġrieħi u x’aktarx jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular għall-ħabta tal-5pm.
Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li t-tifel kien fuq il-bejt ma’ missieru fir-residenza tagħhom fi Triq il-Kbira, f’Ħal Qormi.
It-tifel tela’ fuq it-tamboġġ u dan waqa’ bih. Kif raw hekk, il-ġenituri tiegħu ħaduh mill-ewwel lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza u bħalissa qed jingħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa għalkemm jidher li t-tifel jaf ikun fil-periklu tal-mewt.
Dan għaliex il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ, minħabba li l-ġenituri m’għamlux rapport lil Pulizija, minħabba li qabdu u ħadu lil binhom mal-ewwel l-isptar Mater Dei, bil-Korp jiġi infurmat direttament mill-professjonisti tal-isptar.
//= $special ?>