Il-katamaran, li dalgħodu telaq minn Malta għal-Libja biex jevakwa numru ta’ Taljani, ftit tal-ħin ilu wasal f’pajjiżna, wara vjaġġ twil diversi sigħat mill-port ta’ Tripli. Vjaġġ li matulu l-katamaran kien akkumpanjat minn drones Taljani li offrew sorveljanza mill-ajru matul id-distanza kollha.
Ritratt: Bernie Dimech
Ritratt: Bernie Dimech
Sorsi li tkellmu magħna ikkonfermaw li kien il-Gvern Taljan li avviċina lil kumpanija Virtu Ferries biex tgħinu f’din il-missjoni.
Il-vjaġġ tal-katamaran beda dalgħodu, hekk kif ħalla Malta fis-1am, biex wasal Tripli għal ħabta tas-6am.
F’madwar sitt sigħat, telgħu fuqu madwar 44 uffiċjal Taljan, li kienu jaħdmu fl-Ambaxxata Taljana fi Tripli, li fl-aħħar jiem naqqset l-operat tagħha fil-Libja b’mod drastiku, tant li llum tħabbret li se tingħalaq għal kollox.
Fost l-uffiċjali li waslu Malta għal ħabta tas-7pm kien hemm l-Ambaxxatur Taljan għal-Libja, Giuseppe Buccino Grimaldi.
Il-katamaran issa se jibqa’ sejjer lejn il-port ta’ Augusta fi Sqallija.
Intant, b’rabta mas-sitwazzjoni li dejjem qed tiżviluppa ġewwa l-Libja, Matteo Renzi, il-Prim Ministru Taljan, qal li hemm bżonn intervent minnu fih fil-Libja u l-pajjiżi ma setgħux jibqgħu jagħmluha qiesu ma kien qed jigri xejn fil-Libja għas-sitwazzjoni kienet serja ħafna.
Dan hekk kif l-ISIS zdiedet id-doza ta’ theddid kontra l-Italja u l-aħħar indikazzjonijiet mil-Libja qed juru li l-ISIS issa qed tavvanza lejn Misurata wara li ħadet il-kontroll ta’ Sirte.
Fl-istess hin zdiedu is-sorsi fil-Libja li qed isostnu li l-21 Egizzjan Nisrani li l-ISIS kienu qabdu ostagg fil-Libja kienu nqatlu.
Ritratt: Bernie Dimech
//= $special ?>