Rapporti li qed ifeġġu fl-aħħar sigħat fuq siti tal-aħbarijiet Taljani, fosthom TgCom, jikkonfermaw li fl-aħħar sigħat qed jintlemħu l-bnadar tal-Istat Iżlamiku iperpru fit-toroq tal-kapitali Libjana, Tripli.
Dan ftit sigħat wara li l-ISIS ħatfu l-belt ta’ Sirte, li fiha twieled u trabba l-eks Mexxej tal-Libja, il-kulunell Muammar Gaddafi. Sirte tinsab 200 km ‘il bogħod minn Tripli, u issa saret tifforma parti mill-kalifat Libjan li l-ISIS qed jipprova joħloq fil-Libja, wara l-ħtif tal-belt ta’ Derna fil-Lvant tal-pajjiż Libjan.
L-istess sorsi jiddeskrivu s-sitwazzjoni fi Tripli bħala waħda li qed tiddeġġenera malajr u li hi “gravi ħafna”.
Ftit tas-sigħat ilu, katamaran Malti lagħab rwol kruċjali biex ħaddiema fl-Ambaxxata Taljana fi Tripli, li issa ngħalqet, jaslu lura f’arthom. Il-katamaran kien magħżul speċifikament mill-Gvern Taljan, li avviċina lil kumpanija Virtu Ferries, u għamel vjaġġ minn pajjiżna sal-Libja u fil-mawra tiegħu lura lejn artna kien saħansitra akkumpanjat minn drones Taljani li offrew sorveljanza kontinwa mill-ajru.
//= $special ?>