Internazzjonali Kultura Mużika

Il-grupp Il Volo tirbaħ il-Festival Mużikali ta’ San Remo

Il-kanzunetta”Grande Amore”, mill-grupp Il Volo, ilbieraħ tħabbret bħala l-kanzunetta rebbieħa tal-Festival Mużikali Taljan ta’ San Remo, kif kien previst min-numru kbir ta’ kritiċi.

Il-grupp, li se jkun qed jirrappreżenta lil Italja fil-Eurovision Song Contest li jmiss, b’hekk tniżżel storikament bħala r-rebbieħ tal-65 edizzjoni ta’ dan il-festival prestiġġjuż li kull sena jattira lejh l-attenzjoni ta’ miljuni ta’ persuni, kemm Taljani kif ukoll barranin.

Fit-tieni post ġiet klassifikata l-kanzunetta Fatti avanti amore tal-kantant Nek, u fit-tielet post hemm il-kanzunetta Adesso e’ qui ta’ Malika Ayane, biż-żewġ kanzunetti jirbħu wkoll titli speċjali.