Internazzjonali

IL-LIBJA: L-ISIS javvanzaw lejn Misurata

Fil-Libja, l-ISIS jidher li se jippruvaw jagħtu l-assalt għall-port importanti Libjan ta’ Misurata kif ukoll rapporti mil-Libja qed isostnu li ġellieda tal-ISIS qed javvanzaw anki lejn il-fruntiera Tuneżina. Konvoj ta’ vetturi b’ġellieda tal-ISIS dehru jivjaġġaw fid-direzzjoni ta’ Surman, madwar 60 kilometru minn Tripli.
Fl-istess ħin jidher li l-awtoritajiet fi Tripli, taħt il-kappa taż-Żerniq Libjan, qed ilestu għal offensiva kontra l-ISIS f’Sirte. Ta’ min jgħid li l-awtoritajiet f’Tripli mhux qed jirreferu għall-ISIS b’dan l-isem imma bħala “grupp armat mhux awtorizzat.”
Hemm rapporti li ta’ ġlied qalil madwar il-bjar taż-żejt ta’ Al Bahj fejn pipeline li kien iwassal iż-żejt lejn Tobruk, fejn hemm il-Gvern leġittimu tal-Libja, issa waqaf jaħdem wara li kien mira ta’ attakk ta’ sabutaġġ.