Il-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna batta sew il-Ħadd hekk kif daħal fis-seħħ il-waqfien mill-ġlied ta’ Minsk.
Fis-sigħat qabel ma daħal fis-seħħ, hekk kif skada nofsillejl tas-Sibt, kien hemm ġlied qalil madwar il-bliet strateġiċi għaż-żewġ naħat, l-aktar madwar Debaltseve.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd, kien hemm rapporti ta’ ġlied u ż-żewġ naħat akkużaw lil xulxin li kienu responsabbli imma xejn fuq skala kbira. Kien hemm, iżda, żewġ persuni ċivili li lbieraħ inqatlu fil-ġlied.
Osservaturi qalu li l-jumejn li ġejjin kienu se jkunu mill-aktar importanti għas-suċċess tal-waqfien mill-ġlied. Ftehim li ntlaħaq il-ġimgħa li għaddiet waqt laqgħa li għaliha attendew il-mexxejja tal-Ġermanja, Franza, ir-Russja u l-Ukrajna f’Minsk, il-kapitali tal-Belarus.
Jidħol fis-seħħ il-waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna
