Lokali

Jitħallew jistennew bit-tarbija fuq l-istejġ tal-linja

Żewġ ommijiet li kienu qed jistennew biex jaqbdu tal-linja mill-Fgura, bi pram kull waħda, spiċċaw jistennew għal ħin twil, wara li l-karozzi tal-linja, waħda wara l-oħra, baqgħu sejrin. U dan mingħajr ma dehru mimlijin ħafna.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-11am fl-istejġ li hemm qrib il-Knisja Parrokkjali tal-Fgura, fl-istess post fejn hemm numru ta’ graffiti mpinġija mal-ħajt.

Waħda mill-ommijiet, fuq Facebook, kitbet li fil-ħin li kienu fuq l-istejġ, għaddew karozzi tal-linja bil-pjanċi tar-reġistrazzjoni BUS 400 u BUS 406, li baqgħu sejrin sempliċiment għaliex ix-xufiera rawhom b’żewġ prams.

10984831_10153126763007386_1997386205_n

L-ismijiet tal-individwi konċernati qed jinħbew b’rispett għall-kunfidenzjalita’ tagħhom

Kompliet li x-xufier ta’ waħda mill-vetturi qarras wiċċu mill-bogħod hekk kif rahom, filwaqt li l-ieħor għamel sinjal b’idejh.

Kitbet ukoll li din hi xiħaġa tal-mistħija u diskriminatorja, filwaqt li wegħdet li dan il-każ mhux se jieqaf hawn. Staqsiet x’kienu qed jippretendu dawn ix-xufiera: li jġorru lil uliedhom fuq daharhom?