Knisja Lokali

Kliem b’saħħtu mill-Isqof Grech: “hemm min jersaq lejn il-Knisja għall-ħobż u minflok jaqla’ l-ġebel”

Fl-ittra pastorali tiegħu, proprju għall-bidu taż-żmien liturġiku tar-Randan, l-Isqof Grech għażel li jitkellem fuq l-isfidi tal-Knisja Maltija llum.

Fi kliem sempliċi imma b’saħħithom, hu qal li hemm min qed idur lejn il-Knisja għall-ħobż u minflok jirċievi l-ġebel.

“Hemm min jixtieq jiċċelebra s-sagramenti u ma jistax, hemm min qed joħlom fi Knisja iktar imġedda u qed isib reżistenza kbira, hemm min qed jitħawwad bl-eżempju ħażin ta’ membri tal-kleru, dawk li tilfu l-fiduċja fil-Knisja għax rawha mimlija firda interna u pika fost il-membri tagħha.”

Hu fakkar ukoll f’kif in-nies ta’ Ġerusalemm, il-belt qaddisa, lanqas biss għarfu li kellhom lil iben t’Alla fosthom. Ġerusalemm ma nfetħitx għal Kristu, u wisq nibża’ li l-Knisja jiġrilha l-istess għax tagħżel li tibża’ iddaħħal prattiċi ġodda.