Internazzjonali

RECORDING: Il-mument meta nfetaħ in-nar fl-ewwel attentat ta’ Kopenhagen

Inħareġ recording tal-mument meta nfetaħ n-nar fl-ewwel attentat terroristiku tas-Sibt fil-kapitali Daniża Kopenhagen.
Il-Ħadd, il-Pulizija Daniża qalet li l-persuna responsabbli kemm għal dak l-attakk kif ukoll attakk ftit wara f’sinagoga, kien inqatel.

Id-Danimarka tinsab taħt xokk wara ż-żewġ attakki terroristiċi ta’ nhar is-Sibt. Attakki li fih żewġ persuni, fosthom il-persuna li wettaq l-attakki, inqatlu u tliet aġenti tal-Pulizija ndarbu.
Attakk li fil-mira tiegħu kellu ċ-ċentru kulturali ta’ Krudttoenden fejn kienet qed issir diskussjoni dwar il-libertà tal-espressjoni u ftit sigħat wara sinagoga – it-tnejn fil-kapitali Daniża Kopenhagen.

Il-Pulizija Daniża qatlet lil dak li temmen kien responsabbli għaż-żewġ attakki wara sparatura ftit wara l-attakk fis-sinagoga.

Il-Ħadd, Helle Thorning-Schmidt, il-Prim Ministru Daniż, qalet li l-attakki kienu simili ħafna għall-attakki li kienu saru f’Pariġi ftit tal-ġimgħat ilu. Jidher li fil-mira tal-attakk fil- Krudttoenden kien il-karikaturista Żvediż Lars Vilks li fil-passat kien pinġa karikaturi tal-Profeta Iżlamiku Mohammed. Madankollu Vilks ma ndarabx fl-attentat.

Il-Ħadd, il-Pulizija Daniża ħabbret li kienet qatlet il-persuna li tissuspetta li wettqet iż-żewġ attakki. Hu nqatel qrib l-istazzjon ta’ Norrebro, zona f’Kopenhagen qrib il-postijiet fejn saru ż-żewġ attakki tas-Sibt. Jidher li hu nqatel waqt rejd tal-Pulizija biex jinqabad fejn hu fetaħ in-nar fuqhom.
Id-Danimarka ġiet fil-mira tal-estremisti Iżlamiċi wara li għaxar snin ilu ġurnali Daniżi ppubblikaw karikaturi tal-Profeta Iżlamiku Mohammad u Vilks attira l-attenzjoni meta fl-2007 għamel karikatura tal-Profeta Mohammed fil-forma ta’ kelb.