Xufier tal-linja, waqt li kien għaddej bir-rotta numru 13, sofra ġrieħi ħfief f’inċident li seħħ is-Sibt għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq il-Kunċizzjoni, l-Imsida.
Ix-xufier ta’ 38 sena minn Ħal Tarxien kien allegatament issawwat minn żewġ barranin.
Mill-informazzjoni li għandu dan is-sit, l-inċident seħħ wara li l-barranin telgħu fuq din il-karozza tal-linja, f’rotta li hi użatha minn ħafna nies imma x-xufier ordnalhom biex jinżlu għax il-vettura kienet mimlija.
Kif semgħu hekk, il-barranin bdew joffendu lix-xufier u allegatament spiċċaw isawwtuh, bil-passiġġieri jirrappurtaw il-każ lil Pulizija. Sakemm waslu l-Pulizija l-barranin kienu leħqu telqu mill-post.
Dan filwaqt li l-passiġġieri kollha niżlu mill-karozza tal-linja, minħabba l-investigazzjonijiet li kellhom isiru.
//= $special ?>