Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi t-Tnejn stqarr li għalissa m’hux se jkun hemm intervent militari Taljan fil-Libja. Dan hekk kif qed ikompli jikber it-tħassib dwar l-ISIS fil-Libja.
Hu qal li issa ma kienx il-waqt ta’ intervent miltiari Taljan fil-Libja u li l-Gvern ta’ Ruma kien se jistenna sakemm jiltaqa’ l-Kunsill tas-sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti. Hu żied li jekk il-kommunita internazzjonali trid tintervjeni, kellha l-istrumenti kollha meħtieġa biex tagħmel dan.
Hu qal li s-sitwazzjoni fil-Libja kienet inkwetanti ħafna u l-Italja hi seba’ għajnejn dak li qed jiġri.
//= $special ?>