Lokali

Filmat: Tisraqilha l-pensjoni kollha

Filmati minn kameras tas-sigurta’ ta’ spiżerija fi Triq il-Kbira, f’Tas-Sliema, juru mara, x’aktarx barranija ddur wara anzjana waqt li din kienet qed tixtri mill-istess spiżerija.

F’ħin minnhom il-mara ħbiet idejha taħt xalla li kellha, daħħlet idha fil-basket tal-anzjana u ħaditilha xi flus, li skont qarib tal-anzjana kienu l-penzjoni kollha tagħha.

Il-każ seħħ nhar it-Tlieta 3 ta’ Frar fid-9.30 ta’ filgħodu. Il-familja qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab il-mara.

Dwar dan il-każ diġa’ li sar rapport lill-Pulizija, li qed jinvestigaw.