Lokali

Il-bandiera li nisslet biża’ f’Ħad-Dingli

Bandiera li ttellgħet fuq bejt ta’ residenza privata f’Ħad-Dingli nisslet biża’ wara li xi wħud ħasbu li din kienet bandiera tal-ISIS.

Filfatt dan is-sit irċieva rapporti dwar din il-bandiera, li mill-bogħod xi wħud ħasbuha dik tal-grupp terroristiku ISIS. Dan għaliex il-bandiera sewda mill-bogħod setgħet qarrqet b’xi nies.

Madankollu din il-bandiera m’hi xejn ħlief waħda li tirrappreżenta l-pirati; b’ras ta’ skeletru u żewġ xwabel taħtha, u mhux il-messaġġ bl-Għarbi li wieħed isib fil-bandiera tal-ISIS.

Din il-bandiera jidher li tittella’ ta’ kull sena minn sid id-dar fl-okkażjoni tal-Karnivall.